Translations:Policy:Terms of Use/79/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 22:07, 16 April 2024 by NAramayo-WMF (talk | contribs) (Created page with "Għalkemm nittamaw li tibqa’ u tkompli tikkontribwixxi għall-Proġetti, tista’ tieqaf tuża s-servizzi tagħna fi kwalunkwe ħin. F’ċerti ċirkustanzi (nittamaw li mhux probabbli) jista’ jkun meħtieġ jew għalina nfusna jew għall-komunità ta’ Wikimedia jew għall-membri tagħha (kif deskritt fit-Taqsima 10) li ntemmu parti jew is-servizzi kollha tagħna, intemmu dawn it-Termini tal-Użu, nimblukkaw il-kont jew l-aċċess tiegħek, jew ma nħallukx tkun ut...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Għalkemm nittamaw li tibqa’ u tkompli tikkontribwixxi għall-Proġetti, tista’ tieqaf tuża s-servizzi tagħna fi kwalunkwe ħin. F’ċerti ċirkustanzi (nittamaw li mhux probabbli) jista’ jkun meħtieġ jew għalina nfusna jew għall-komunità ta’ Wikimedia jew għall-membri tagħha (kif deskritt fit-Taqsima 10) li ntemmu parti jew is-servizzi kollha tagħna, intemmu dawn it-Termini tal-Użu, nimblukkaw il-kont jew l-aċċess tiegħek, jew ma nħallukx tkun utent. Jekk il-kont jew l-aċċess tiegħek jiġi mblukkat jew mitmum mod ieħor għal kwalunkwe raġuni, il-kontribuzzjonijiet pubbliċi tiegħek u r-rekord tal-attivitajiet tiegħek fuq jew rigward il-Proġetti (inkluża kwalunkwe korrispondenza li bgħattilna) ma jiġux affettwati (skont il-politiki applikabbli), u xorta tkun tista’ taċċessa l-paġni pubbliċi tagħna għall-iskop uniku li taqra kontenut disponibbli pubblikament fuq il-Proġetti. F’ċirkostanzi bħal dawn, madankollu, jaf ma tkunx tista’ taċċessa l-kont jew is-settings tiegħek. Madankollu, irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dawn it-Termini tal-Użu, aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu jew intemmu s-servizzi fi kwalunkwe ħin, bi jew mingħajr raġuni, u b’avviż jew mingħajru. Anke wara li l-użu u l-parteċipazzjoni tiegħek jiġu pprojbiti, imblukkati jew sospiżi b’xi mod ieħor, dawn it-Termini ta’ Użu ser jibqgħu fis-seħħ rigward id-dispożizzjonijiet rilevanti, inklużi t-Taqsimiet 1, 3, 4, 6, 7, 9-16, u 18.