Translations:Policy:Terms of Use/81/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 22:07, 16 April 2024 by NAramayo-WMF (talk | contribs) (Created page with "Nittamaw li ma jinqala’ ebda nuqqas ta’ qbil serju li jinvolvik, iżda, f’każ li jkun hemm tilwima, inħeġġuk tfittex soluzzjoni permezz tal-proċeduri jew tal-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim ipprovduti mill-Proġetti jew mill-edizzjonijiet tal-Proġett u l-Fondazzjoni Wikimedia. Jekk tfittex li tippreżenta talba legali kontra tagħna, taqbel li tippreżentaha u ssolviha esklussivament f’qorti statali jew federali li tinsab fil-Kontea ta’ San Fra...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Nittamaw li ma jinqala’ ebda nuqqas ta’ qbil serju li jinvolvik, iżda, f’każ li jkun hemm tilwima, inħeġġuk tfittex soluzzjoni permezz tal-proċeduri jew tal-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim ipprovduti mill-Proġetti jew mill-edizzjonijiet tal-Proġett u l-Fondazzjoni Wikimedia. Jekk tfittex li tippreżenta talba legali kontra tagħna, taqbel li tippreżentaha u ssolviha esklussivament f’qorti statali jew federali li tinsab fil-Kontea ta’ San Francisco, California. Taqbel ukoll li l-liġijiet tal-Istat ta’ Kalifornja u, sal-punt applikabbli, il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika se jirregolaw dawn it-Termini tal-Użu, kif ukoll kwalunkwe pretensjoni legali li tista’ tinqala’ bejnek u bejnietna (mingħajr referenza għal prinċipji tal-kunflitt tal-liġijiet). Inti taqbel li tissottometti għall-ġurisdizzjoni personali ta’, u taqbel li l-post huwa xieraq fil-qrati li jinsabu fil-Kontea ta’ San Francisco, California, fi kwalunkwe azzjoni legali jew proċediment relatat magħna jew ma’ dawn it-Termini tal-Użu.