Translations:Policy:Terms of Use/91/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 22:10, 16 April 2024 by NAramayo-WMF (talk | contribs) (Created page with "Hekk kif l-input tal-komunità Wikimedia huwa essenzjali għat-tkabbir u l-manutenzjoni tal-Proġetti, aħna nemmnu li l-kontribut tal-komunità huwa essenzjali biex dawn it-Termini tal-Użu jaqdu sew lill-utenti tagħna. Huwa wkoll essenzjali għal kuntratt ġust. Għalhekk, aħna ser nipprovdu dawn it-Termini tal-Użu, kif ukoll kwalunkwe reviżjoni sostanzjali futura ta’ dawn it-Termini tal-Użu, lill-komunità biex tikkummenta mill-inqas tletin (30) jum qabel it-tm...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Hekk kif l-input tal-komunità Wikimedia huwa essenzjali għat-tkabbir u l-manutenzjoni tal-Proġetti, aħna nemmnu li l-kontribut tal-komunità huwa essenzjali biex dawn it-Termini tal-Użu jaqdu sew lill-utenti tagħna. Huwa wkoll essenzjali għal kuntratt ġust. Għalhekk, aħna ser nipprovdu dawn it-Termini tal-Użu, kif ukoll kwalunkwe reviżjoni sostanzjali futura ta’ dawn it-Termini tal-Użu, lill-komunità biex tikkummenta mill-inqas tletin (30) jum qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ kummenti. Jekk reviżjoni proposta futura tkun sostanzjali, aħna nipprovdu 30 jum addizzjonali għall-kummenti, wara li npoġġu traduzzjoni tar-reviżjoni proposta f’mill-inqas tliet lingwi (magħżula fid-diskrezzjoni tagħna). Il-komunità se tkun imħeġġa tittraduċi r-reviżjoni proposta f’lingwi oħra kif xieraq. Għal bidliet għal raġunijiet legali jew amministrattivi, biex tikkoreġi dikjarazzjoni mhux preċiża, jew bidliet bi tweġiba għall-kummenti tal-komunità, aħna ser nipprovdu mill-inqas avviż ta’ tlett (3) ijiem.