Translations:Policy:Terms of Use/11b/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 18:50, 10 April 2024 by RStallman (WMF) (talk | contribs) (Created page with "Il-Fondazzjoni Wikimedia hija ddedikata biex tinkoraġġixxi t-tkabbir, l-iżvilupp, u d-distribuzzjoni ta’ kontenut multilingwali mingħajr ħlas, u biex tospita l-kontenut sħiħ ta’ dawn il-Proġetti bbażati fuq il-wiki għall-pubbliku mingħajr ħlas. Ir-rwol tagħna huwa li nospitaw uħud mill-akbar Proġetti ta’ referenza editjati b’mod kollaborattiv fid-dinja, li [$1 jistgħu jinstabu hawn]. Madankollu, aħna naġixxu biss bħala fornitur ta’ servizz ta...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Il-Fondazzjoni Wikimedia hija ddedikata biex tinkoraġġixxi t-tkabbir, l-iżvilupp, u d-distribuzzjoni ta’ kontenut multilingwali mingħajr ħlas, u biex tospita l-kontenut sħiħ ta’ dawn il-Proġetti bbażati fuq il-wiki għall-pubbliku mingħajr ħlas. Ir-rwol tagħna huwa li nospitaw uħud mill-akbar Proġetti ta’ referenza editjati b’mod kollaborattiv fid-dinja, li [$1 jistgħu jinstabu hawn]. Madankollu, aħna naġixxu biss bħala fornitur ta’ servizz ta’ hosting, billi nżommu l-infrastruttura u l-qafas organizzattiv. Din l-infrastruttura u dan il-qafas jippermettu lill-utenti tagħna jibnu l-Proġetti billi jikkontribwixxu u jeditjaw il-kontenut huma stess. Huma jippermettu wkoll lill-utenti tagħna biex jerġgħu jużaw dak il-kontenut. L-infrastruttura li nżommu tinkludi infrastruttura teknoloġika speċjalizzata li tippermetti lill-utenti jinteraġixxu b’mod programmatiku u jużaw mill-ġdid il-kontenut fuq Proġetti (imsejħa “Application Programming Interface” jew “APIs”), u applikazzjonijiet tal-apparat mobbli.