Translations:Policy:Terms of Use/13/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 18:54, 10 April 2024 by RStallman (WMF) (talk | contribs) (Created page with "'''Int responsabbli għall-azzjonijiet tiegħek stess:''' Inti legalment responsabbli għall-modifiki u l-kontribuzzjonijiet tiegħek fuq il-Proġetti, l-użu mill-ġdid tiegħek tal-kontenut fuq il-Proġetti, l-użu tiegħek tal-APIs, u l-użu tiegħek tas-servizzi tagħna b’mod aktar ġenerali. Għall-protezzjoni tiegħek stess għandek toqgħod attent u tevita li tieħu kwalunkwe azzjoni li tista’ tirriżulta f’responsabbiltà kriminali jew ċivili taħt kwalunk...")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Int responsabbli għall-azzjonijiet tiegħek stess: Inti legalment responsabbli għall-modifiki u l-kontribuzzjonijiet tiegħek fuq il-Proġetti, l-użu mill-ġdid tiegħek tal-kontenut fuq il-Proġetti, l-użu tiegħek tal-APIs, u l-użu tiegħek tas-servizzi tagħna b’mod aktar ġenerali. Għall-protezzjoni tiegħek stess għandek toqgħod attent u tevita li tieħu kwalunkwe azzjoni li tista’ tirriżulta f’responsabbiltà kriminali jew ċivili taħt kwalunkwe liġi applikabbli. Biex inkunu ċari, il-liġi applikabbli tinkludi mill-inqas il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Istat ta’ California. Għal pajjiżi oħra, dan jiġi determinat fuq bażi ta’ każ b’każ. Għalkemm nistgħu ma naqblux ma’ azzjonijiet bħal dawn, aħna nwissu lill-utenti—b’mod partikolari lill-edituri, il-kontributuri, u l-awturi—li awtoritajiet mhux tal-Istati Uniti jistgħu jfittxu li japplikaw liġijiet oħra tal-pajjiż għalik, inklużi liġijiet lokali fejn tgħix jew fejn tara jew teditja l-kontenut. Ġeneralment ma nistgħu noffru l-ebda protezzjoni, garanzija, immunità jew indennizz kontra l-applikazzjoni ta’ tali liġijiet.