Translations:Policy:Terms of Use/10/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
Revision as of 18:43, 10 April 2024 by RStallman (WMF) (talk | contribs) (Created page with "Int, l-utent, mistieden tingħaqad bħala kontributur, editur jew awtur, iżda għandek issegwi l-politiki li jirregolaw kull waħda mill-edizzjonijiet indipendenti tal-Proġett, inkluż il-Kodiċi ta’ Kondotta Universali (Universal Code of Conduct, UCoC), li japplikaw għall-edizzjonijiet kollha tal-Proġett. L-akbar mill-Proġetti tagħna hija l-Wikipedia, iżda aħna nospitaw Proġetti oħra wkoll, kull wieħed b’għanijiet u metodi ta’ ħidma differenti....")
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)

Int, l-utent, mistieden tingħaqad bħala kontributur, editur jew awtur, iżda għandek issegwi l-politiki li jirregolaw kull waħda mill-edizzjonijiet indipendenti tal-Proġett, inkluż il-Kodiċi ta’ Kondotta Universali (Universal Code of Conduct, UCoC), li japplikaw għall-edizzjonijiet kollha tal-Proġett. L-akbar mill-Proġetti tagħna hija l-Wikipedia, iżda aħna nospitaw Proġetti oħra wkoll, kull wieħed b’għanijiet u metodi ta’ ħidma differenti. Kull edizzjoni tal-Proġett għandha tim ta’ kontributuri, edituri jew awturi li jaħdmu flimkien biex joħolqu u jimmaniġġjaw il-kontenut fuq dik l-edizzjoni tal-Proġett. Int mistieden tingħaqad ma’ dawn it-timijiet u taħdem magħhom biex ittejjeb dawn il-Proġetti. Peress li aħna ddedikati biex nagħmlu l-kontenut aċċessibbli liberament għall-pubbliku, il-kontenut li tikkontribwixxi jsir disponibbli taħt liċenzja ħielsa jew rilaxxat fid-dominju pubbliku.